20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Jannar 2015 – Verband Sozialer Wettbewerb e.V. vs Innova Vital GmbH
(Kawża C-19/15)
(2015/C 127/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht München I
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verband Sozialer Wettbewerb e.V.
Konvenuta: Innova Vital GmbH
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom japplikaw ukoll għall-istqarrijiet dwar nutrizzjoni u saħħa redatti f’komunikazzjonijiet kummerċjali fir-reklamar ta’ ikel li għandu jkun imwassal bħala tali lill-konsumatur finali meta din il-komunikazzjoni kummerċjali jew dan ir-reklamar ikun indirizzat esklużivament lil professjonisti fil-qasam tas-saħħa?
(1) Regolament (KE) Nr 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).
Full & Egal Universal Law Academy