20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Törvényszék (l-Ungerija) fil-21 ta’ Jannar 2015 – Proċeduri kriminali kontra István Balogh
(Kawża C-25/15)
(2015/C 127/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Budapest Környéki Törvényszék
Parti fil-kawża prinċipali
Akkużat: István Balogh
Domanda preliminari
Il-formulazzjoni tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/64/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (1), li tgħid li “[d]in id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jikkonċernaw id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew”, għandha tinftiehem fis-sens li l-qorti Ungeriża għandha l-obbligu li tapplika din id-direttiva fil-kuntest, ukoll, ta’ proċedura speċjali [Kapitolu XXIX tal-Liġi Nru XIX tal-1998, li tistitwixxi l-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (büntetőeljárásról szóló 1998 évi XIX. törvény)]; fi kliem ieħor, għandu jitqies li l-“proċedimenti kriminali” msemmija minn din id-dispożizzjoni jinkludu l-proċeduri speċjali, bħal dawk previsti mid-dritt Ungeriż, jew li huma jirreferu esklużivament għal proċeduri li jintemmu b’deċiżjoni definittiva dwar ir-responsabilità kriminali tal-akkużat?
(1) ĠU L 280, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy