27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Jannar 2015 – Koninklijke KPN NV et vs Autoriteit Consument en Markt (ACM)
(Kawża C-28/15)
(2015/C 138/40)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Koninklijke KPN NV en KPN BV, T-Mobile Netherlands BV, Tele2 Nederland BV, Ziggo BV, Vodafone Libertel BV, UPC Nederland BV en UPC Business BV
Konvenuta: Autoriteit Consument en Markt (ACM)
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva Kwadru (1) moqri flimkien mal-Artikoli 8 u 13 tad-Direttiva tal-Aċċess (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li quddiemha titressaq kawża dwar il-legalità ta’ tariffa li hija orjentata lejn l-ispejjeż imposta mill-awtorità regolatorja nazzjonali (ARN) fis-suq bl-ingrossa tat-terminazzjoni ta’ telefonati, tista’ fil-prinċipju ma ssegwix ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar it-Trattament Regolatorju tar-Rati ta’ Terminazzjoni ta’ Telefonati Fissi u Ċellulari fl-UE (2009/396/KE) (3), li tirrakkomanda l-metodu BULRIC pur inkwantu miżura xierqa ta’ regolamentazzjoni tal-prezzijiet fis-swieq tat-terminzazzjoni ta’ telefonati, jekk hija tikkunsidra li l-punti ta’ fatt tal-każ li tressaq quddiemha u/jew kunsiderazzjonijiet ta’ dritt nazzjonali u internazzjonali jimponu dan?
2)
F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: sa fejn il-qorti nazzjonali tista’, fil-kuntest tal-eżami ta’ miżura tariffarja orjentata lejn l-ispejjeż:
a)
teżamina, fir-rigward tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva Kwadru l-argument tal-ARN li l-iżvilupp tas-suq intern huwa ffavorizzat, billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-portata tal-influwenza effettiva fuq il-funzjonament tas-suq intern?
b)
teżamina, fir-rigward tal-għanijiet politiċi u tal-prinċipji regolatorji ffissati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva Kwadru u fl-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Aċċess, jekk il-miżura tariffarja:
i)
hijiex proporzjonali;
ii)
hijiex xierqa;
iii)
hijiex applikata proporzjonalment u hijiex iġġustifikata?
c)
teħtieġ mill-ARN li turi b’mod suffiċjenti:
i)
li l-għan politiku msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva Kwadru li skont dan l-ARN għandhom jippromwovu l-kompetizzjoni fil-provvista tan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, huwa effettivament imwettaq u li l-utenti effettivament jieħdu benefiċċju massimu f’termini ta’ għażla, ta’ prezz u ta’ kwalità;
ii)
li l-għan politiku msemmi fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva Kwadru, li huwa li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern, huwa effettivament imwettaq; u
(iii)
li l-għan politiku msemmi fl-Artikolu 8(4) tad-Direttiva Kwadru, li huwa li jsostni l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, huwa effettivament imwettaq?
d)
fid-dawl tal-Artikolu 16(3) tad-Direttiva Kwadru u tal-Artikolu 8(2) u (4) tad-Direttiva tal-Aċċess, tieħu inkunsiderazzjoni, sabiex jiġi stabbilit jekk din hijiex miżura tariffarja xierqa, tal-fatt li din il-miżura ġiet imposta f’suq li fih l-impriżi rregolati jżommu setgħa fis-suq kunsiderevoli iżda li, fil-forma magħżula (metodu BULRIC pur), huwa f’suq ieħor, li ma jistax jiġi regolamentat, li hija intiża li tippromwovi wieħed mill-għanijiet tad-Direttiva Kwadru, jiġifieri l-interessi tal-utenti finali?
(1) Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349).
(2) Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323).
(3) ĠU 2009 L 124, p. 67
Full & Egal Universal Law Academy