16.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 89/15
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2015 minn Electrabel SA, Dunamenti Erőmű Zrt mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fit-13 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-40/14, Electrabel SA, Dunamenti Erőmű Zrt vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-32/15 P)
(2015/C 089/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Electrabel SA, Dunamenti Erőmű Zrt (rappreżentant: J. Philippe, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant(i)
—
tħassar id-Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2014 fil-kawża T-40/14 f’dik il-parti fejn tiċħad l-kawża tal-Appellanti bħala inammissibbli;
—
tiddikjara li l-kawża tal-Appellanti hija ammissibbli, jew inkella li hija ammissibbli għal perjodu li jibda mill-10 ta’ Jannar 2009;
—
tordnal lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jistrieħu fuq erba’ aggravji legali. Fid-digriet li qed jiġi appellat, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mill-Appellanti għall-kumpens tad-danni li sofrew li jirriżultaw mit-terminazzjoni illegali tal-Power Purchase Agreement (PPA) bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/609/KE tal-4 ta’ Ġunju 2008 fuq Għajnuna Statali C 41/05 (1), liema deċiżjoni hija illegali.
Fl-ewwel aggravju tagħhom, l-Appellanti bir-rispett jissottomettu li n-nuqqas tal-Qorti Ġenerali li telenka r-raġunijiet għaliex l-Artikolu 102(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali ( ir-Regoli ta’ Proċedura ) li jipprovdu għal estensjoni tal-limiti taż-żmien għal ragunijiet ta’ distanza ma japplikax għar-rikors tal-Appellanti għalkemm meta wieħed jaqra t-Trattati, l-Istatut tal-Qorti tal-Ġistizzja (L- Istatut ) u r-Regoli ta’ Proċedura dawn kollha juru li l-Artikolu 102(2) japplika ghall-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 46 tal-Istatut.
Fit-tieni aggravju tagħhom, l-Appellanti jinnotaw bir-rispett li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikoli 268 u 340(2) tat-Trattat tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ( TFEU ) meta talbet lill-Appellanti jinvokaw in-natura rikorrenti tad-dannu tagħhom fit-talba inizjali tagħhom.
Fit-tielet aggravju tagħhom, l-appellanti jissottomettu bir-rispett li l-Qorti Ġenerali naqset li tagħti raġunijiet għaliex il-ġurisprudenza imsemmija mir-rikorrenti insostenn tan-natura rikorrenti tad-dannu tagħhom ma tistax tiġi mqabbla mas-sitwazzjoni tagħhom, għalkemm l-applikanti taw dimostrazzjoni estensiva ta’ dan.
Fir-raba’ aggravju tagħhom, l-Appellanti jinnutaw bir-rispett li Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-argument tal-Appellanti li d-dannu tagħhom huwa wieħed kontinwu a bażi tal-fatt li id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għadha qed tiġi kunsidrata.
(1) ĠU L 225, p. 53.
Full & Egal Universal Law Academy