21.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 429/8
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 minn Cantina Broglie 1 Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-27 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-154/11 – Cantina Broglie 1 vs UASI
(Kawża C-34/15 P)
(2015/C 429/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Cantina Broglie 1 Srl (rappreżentanti: A. Rizzoli, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona
B’digriet tal-15 ta’ Ottubru 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lil Cantina Broglie 1 Srl tbati l-ispejjeż tagħha stess.
Full & Egal Universal Law Academy