27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/31
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari (l-Italja) fid-29 ta’ Jannar 2015 – Giacomo Bolasco di Gianni Bolasco S.a.s. vs Comune di Monastir, Equitalia Centro SpA
(Kawża C-37/15)
(2015/C 138/42)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Giacomo Bolasco di Gianni Bolasco S.a.s.
Konvenuti: Comune di Monastir, Equitalia Centro SpA
Domandi preliminari
Il-liġi Komunitarja tipprekludi l-leġiżlazzjoni stabbilita permezz tal-Artikolu 188 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 152/2006 u tad-Digriet tal-Ministeru tal-Ambjent tas-17 ta’ Diċembru 2009, li jgħidu li d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni li tittrasponi d-Direttiva 2008/98/KE (1) huwa pospost sal-adozzjoni ta’ digriet ministerjali li jiddefinixxi l-metodi tekniċi u t-terminu għad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni.
(1) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy