13.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 118/20
Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 minn Trefilerías Quijano, S.A. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawżi magħquda T-427/10 u T-576/10, u fil-Kawża T-439/12, Trefilerías Quijano vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-54/15 P)
(2015/C 118/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Trefilerías Quijano, S.A. (rappreżentanti: F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawżi magħquda T-427/10 u T-576/10 u fil-Kawża T-439/12, Trefilerías Quijano vs Il-Kummissjoni
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kemm ta’ dawn il-proċeduri kif ukoll dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju wieħed.
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-interess ta’ Trefilerías Quijano SA li tressaq kawża, kemm fir-rikors għal annullament fil-Kawża T-576/10 kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni C(2010) 4387 (finali) dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), kif ukoll fl-adattament tal-motivi tar-rikors u tat-talbiet ifformulati fil-Kawża T-427/10 fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni C(2010) 4387 (finali) dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing).
Full & Egal Universal Law Academy