27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/38
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-66/15)
(2015/C 138/52)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wasmeier u D. Triantafyllou)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
—
tiddikkjara li billi tiġbor l-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ vettura mikrija jew użata taħt leasing minn klijent residenti fil-Greċja, mingħand fornitur stabbilit fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni la t-tul tal-kuntratt ta’ kiri jew ta’ leasing u lanqas it-tul tal-użu tal-vettura kkonċernata fit-territorju nazzjonali tal-Greċja, ir-Repubblika Ellenika tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 56 sa 62 TFUE dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi;
—
tikkundanna lil Ir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-Repubblika Ellenika, billi timponi l-ħlas tal-ammont kollu tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni fil-mument tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi mikrija jew użati taħt leasing minn residenti Griegi mingħnad fornituri stabbiliti fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni la t-tul tal-kuntratt ta’ kuri (ta’ leasing) u lanqas it-tul tal-użu tal-vettura kkonċernata fuq it-territorju Grieg, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 56 sa 62 TFUE.
It-talba għal ħlas tal-ammont kollu tat-taxxa huwa sproporzjonat u jostakola l-moviment liberu ta’ servizzi (ara l-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi Cura Anlagen, C-451/99, Coevering, C-242/05, Ilhan, C-42/08 u VAV Autovermietung GmbH, C-91/10).
Full & Egal Universal Law Academy