27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/39
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-16 ta’ Frar 2015 – Nutrivet D.O.O.E.L. vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség
(Kawża C-69/15)
(2015/C 138/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nutrivet DOOEL
Konvenuta: Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség
Domandi preliminari
1)
Għandu jitqies li vjaġġ ta’ skart ikun twettaq “b’mod mhux speċifikat materjalment fid-dokument espost fl-Anness VII”, fis-sens tal-Artikolu 2(35)(g)(iii) tar-Regolament Nru 1013/2006 (1), meta l-persuna li torganizza l-vjaġġ timla l-kaxex 2 (“L-importatur/Id-destinatarju”), 7 (“Faċilità ta’ rkupru”) u 11 (“Il-Pajjiżi/l-Istati kkonċernati”) fid-dokument li jinsab fl-Anness VII tal-istess regolament b’mod li jkun hemm nuqqas ta’ qbil fl-informazzjoni li tidher f’dawn il-kaxxi, informazzjoni li, madankollu, tkun tinsab imniżżla b’mod ċar fin-nota ta’ kunsinna internazzjonali (kif ukoll f’dokumenti oħra disponibbli)?
2)
Jekk għandha tingħata risposta affermattiva għad-domanda 1, jista’ jitqies li hija proporzjonata multa imposta għal din ir-raġuni li l-ammont tagħha jikkorrispondi għal dak tal-multa imposta fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu li jimtela d-dokument li jinsab fl-Anness VII tar-Regolament Nru 1013/2006?
3)
Sabiex vjaġġ ta’ skart jiġi ddikjarat illegali fis-sens tal-Artikolu 2(35)(g)(iii) tar-Regolament Nru 1013/2006, huwa neċessarju li l-persuna li timla d-dokument li jinsab fl-Anness VII tal-imsemmi dokument tiżvija intenzjonalment lill-awtorità?
4)
Sabiex vjaġġ ta’ skart imwettaq “b’mod mhux speċifikat materjalment fid-dokument espost fl-Anness VII”, fis-sens tal-Artikolu 2(35)(g)(iii) tar-Regolament Nru 1013/2006, jiġi ddikjarat illegali, huwa importanti li l-informazzjoni jew id-data mhux speċifikata tkun informazzjoni jew data rilevanti mill-aspett tal-protezzjoni tal-ambjent? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, liema informazzjoni jew data fid-dokument li jinsab fl-Anness VII tal-imsemmi regolament għandha titqies li hija rilevanti mill-aspett tal-protezzjoni tal-ambjent?
5)
Jista’ jiġi ddikjarat li vjaġġ ta’ skart ikun twettaq “b’mod mhux speċifikat materjalment fid-dokument espost fl-Anness VII”, fis-sens tal-Artikolu 2(35)(g)(iii) tar-Regolament Nru 1013/2006, fil-każ li l-awtorità ma timplementax il-proċedura prevista fl-Artikolu 24 tal-imsemmi regolament, ma tinvolvix lill-awtoritajiet ikkonċernati u ma tiddeċidix li tibgħat lura t-tagħbija ta’ skart meqjusa li hija illegali?
6)
Kif għandha tinftiehem u tiġi eżaminata l-ġurisdizzjoni prevista fl-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 1013/2006?
7)
Kif għandha tiġi interpretata d-dispożizzjoni li tinsab fil-punt 15 tal-Anness IĊ tar-Regolament Nru 1013/2006, li tipprovdi li, sabiex jaġixxi bħala destinatarju, kummerċjant jew broker għandu jkun taħt il-ġurisdizzjoni tal-pajjiż ta’ destinazzjoni?
(1) Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy