11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Oradea (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Frar 2015 – SC Vicdantrans SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj Napoca, irrappreżentata mill-Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Bihor, Administraţia Fondului pentru Mediu
(Kawża C-73/15)
(2015/C 155/14)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Oradea
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Vicdantrans SRL
Konvenuta: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj Napoca, irrapprreżentata mill-Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Bihor y Administraţia Fondului pentru Mediu
Domanda preliminari
L-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi Stat Membru milli jistabbilixxi taxxa msejħa “boll ambjentali”, hekk kif irregolata mill-OUG [digriet ta’ urġenza tal-gvern] Nru 9/2013, applikabbli meta ssir ir-reġistrazzjoni tal-vetturi second-hand provenjenti minn Stat Membru ieħor jew meta jsir it-trasferiment tad-dritt ta’ proprjetà fuq il-vetturi second-hand mixtrija fis-suq nazzjonali, bl-eċċezzjoni, madankollu, tal-vetturi second-hand mixtrija fis-suq nazzjonali li għalihom diġà tħallset taxxa simili, kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u li ma tħallsitx lura?
Full & Egal Universal Law Academy