26.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Oradea (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Frar 2015 – Dumitru Tarcău, Ileana Tarcău vs Banca Comercială Intesa Sanpaolo România SA – Sucursala Baia Mare et
(Kawża C-74/15)
(2015/C 171/16)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Oradea
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Dumitru Tarcău, Ileana Tarcău
Konvenuti: Banca Comercială Intesa Sanpaolo România SA – Sucursala Baia Mare, Banca Comercială Intesa Sanpaolo România SA Arad, Cristian Nicolae Tarcău, Corina Tarcău, SC Magenta irrappreżentata mill-istralċjarju Pareto Grup IPURL, SC Crisco SRL irrappreżentata mill-amministratur ġudizzjarju speċjali CII Renata Moldovan, SC Crisco SRL irrappreżentata mill-amministratur ġudizzjarju speċjali Cristian Tarcău
Domandi preliminari
1)
Fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “konsumatur”, l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 93/13 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi jew, bil-kontra, fis-sens li jeskludi minn din id-definizzjoni l-persuni fiżiċi li ffirmaw, bħala garanti-kawtela, atti addizzjonali u kuntratti aċċessorji (kuntratti ta’ kawtela jew ta’ garanzija immobiljari) fil-kuntratt ta’ kreditu konkluż minn kumpannija kummerċjali bil-għan li teżerċita l-attività tagħha, f’kundizzjonijiet fejn dawn il-persuni fiżiċi ma għandhom ebda rabta mal-attività tal-imsemmija kumpannija kummerċjali u aġixxew b’għan barrani għall-attività professjonali tagħhom?
2)
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 93/13/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li huma biss il-kuntratti konklużi bejn negozjanti u konsumaturi li għandhom bħala għan il-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, jew inkella fis-sens li l-kuntratti aċċessorji (il-kuntratti ta’ garanzija jew ta’ kawtela) għal kuntratt ta’ kreditu li tiegħu l-benefiċjarju huwa kumpannija kummerċjali, konklużi mill-persuni fiżiċi li ma għandhom ebda rabta mal-attività tal-imsemmija kumpannija kummerċjali u li aġixxew b’għan barrani għall-attività professjonali tagħhom, jaqgħu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
Full & Egal Universal Law Academy