11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Frar 2015 – Robert Fuchs AG vs Hauptzollamt Lörrach
(Kawża C-80/15)
(2015/C 155/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Robert Fuchs AG
Konvenut: Hauptzollamt Lörrach
Domanda preliminari
L-Artikolu 555(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993 (1), li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2286/2003 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li titjiriet ta’ taħriġ bi ħlas li jsiru permezz ta’ ħelikopters, u li fil-kuntest tagħhom fil-ħelikopter ikun hemm bdot student u għalliem tat-titjir, għandhom huma wkoll jiġu kkunsidrati bħala użu kummerċjali ta’ mezz ta’ trasport?
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2286/2003, tat-18 ta’ Diċembru 2003, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi d-disposizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 15, p. 118).
Full & Egal Universal Law Academy