27.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/42
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Greċja) fl-20 ta’ Frar 2015 – Kapnoviomichania Karelia AE vs Ypourgos Oikonomikon
(Kawża C-81/15)
(2015/C 138/56)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Symvoulio tis Epikrateias
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kapnoviomichania Karelia AE
Konvenut: Ypourgos Oikonomikon
Domanda preliminari
Id-Direttiva 92/12/KEE (1), interpretata fid-dawl tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni u b’mod partikolari tal-prinċipji ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni, ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-applikazzjoni għal każ bħal dak f’din il-kawża ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva bħall-Artikolu 108 tal-Kodiċi Doganali Grieg, li tipprovdi li min għandu maħżen awtorizzat ta’ prodotti, li ċċirkulaw taħt reġim ta’ sospensjoni tas-sisa mill-maħżen fiskali tiegħu u li ħarġu irregolarment barra mill-imsemmija skema minħabba kuntrabandu, jista’ jiġi ddikjarat responsabbli in solidum għall-ħlas ta’ multi amministrattivi għal kuntrabandu, irrispettivament mill-fatt jekk jew mhux, fil-mument tat-twettiq tal-ksur, l-assi miżmuma taħt il-liġi privata u, barra minn hekk, irrispettivament minn jekk l-awturi tal-ksur, involuti f’dan it-traffiku, ikkonkludewx jew le ma’ min għandu l-maħżen awtorizzat relazzjoni kuntrattwali speċjali fejn jirriżulta li dawn kienu jaġixxu bħala mandatarji tagħha?
(1) Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, war l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 179)
Full & Egal Universal Law Academy