4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-19 ta’ Frar 2015 – Sonos Europe BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-84/15)
(2015/C 146/26)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sonos Europe BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domanda preliminari
L-intestaturi 8517, 8518, 8519 u 8527 tan-NM [Nomenklatura Magħquda] għandhom jiġu interpretati fis-sens li prodott bħal dak deskritt f’din is-sentenza (iż-“Zoneplayer”), li jirċievi informazzjoni diġitali u, mingħajr ma jaħżinha (“streaming” jew “xandir fi fluss”), jirripproduċiha b’mod amplifikat taħt forma ta’ ħoss permezz ta’ ħames loudspeakers (integrati) u/jew jibgħatha lejn apparat ieħor fin-netwerk lokali, jista’ jiġi kklassifikat taħt wieħed jew diversi minn dawn l-intestaturi u jekk iva, liema? Jew inkella l-intestatura 8543 tan-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li apparat bħaż-Zoneplayer għandu jiġi kklassifikat taħt din l-intestatura bħala apparat elettriku li għandu funzjoni individwali?
Full & Egal Universal Law Academy