11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep d’Antwerpen (il-Belġju) fil-25 ta’ Frar 2015 – Sven Mathys vs De Grave Antverpia NV
(Kawża C-92/15)
(2015/C 155/16)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep d’Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sven Mathys
Konvenuta: De Grave Antverpia NV
Domanda preliminari
L-Artikolu 3 tal-Liġi Belġjana tal-5 ta’ Mejju 1936 dwar il-passaġġi fuq l-ilma tax-xmajjar huwa konformi mal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 96/75/KE (1) sa fejn dak li la huwa sid u lanqas operatur ta’ bastiment għall-passaġġi fuq l-ilma interni jikkonkludi bħala trasportatur kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni u ma jintervjenix bħala intermedjarju “nolleġġatur” fis-sens tal-Artikolu 3 tal-Liġi dwar il-passaġġi fuq l-ilma tax-xmajjar?
(1) Direttiva tal-Kunsill 96/75/KE, tad-19 ta’ Novembru 1996, dwar is-sistemi ta’ kiri u prezzar fit-trasport nazzjonali u internazzjonali bil-passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 508).
Full & Egal Universal Law Academy