20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/13
Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2015 minn Banco Privado Português, SA – fi stralċ, u Massa Insolvente do Banco Privado Português, SA – fi stralċ, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-487/11, Banco Privado Português u Massa Insolvente do Banco Privado Português vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-93/15 P)
(2015/C 127/19)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Appellanti: Banco Privado Português, SA – fi stralċ, Massa Insolvente do Banco Privado Português, SA – fi stralċ (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, F. Pereira Coutinho, M. Esperança Pina, M. Ferreira Santos, R. Leandro Vasconcelos, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza appellata, billi tissostitwixxiha b’sentenza li tistabbilixxi l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (1), kollha kemm hi;
—
sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata billi tissostitwixxiha b’sentenza li tiddetermina l-annullament tad-Deċiżjoni fil-parti fejn din iddikjarat l-għajnuna mill-Istat inerenti fil-Garanzija bħala illegali u inkompatibbli matul il-perijodu inkluż bejn il-5 ta’ Diċembru 2008 u l-5 ta’ Ġunju 2009;
—
sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata billi tissostitwixxiha b’sentenza li tiddetermina l-annullament tad-Deċiżjoni fil-parti fejn din ordnat l-irkupru tal-(allegata) għajnuna, skont l-Artikoli 2 sa 4;
—
sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata billi tissostitwixxiha b’sentenza li tiddetermina l-annullament tad-Deċiżjoni fil-parti fejn din ordnat l-irkupru bejn il-5 ta’ Diċembru 2008 u l-5 ta’ Ġunju 2009, u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż fiż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jinvokaw sitt aggravji insostenn tal-appell tagħhom:
1.
L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali ipprovat ittaffi n-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni billi pprovdiet il-motivazzjoni tagħha u wettqet żball ta’ liġi billi eżaminat il-motivi tal-Kummissjoni u qieset li dawn ma kinux suffiċjenti;
2.
It-tieni aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE, kif ukoll applikazzjoni żbaljata tal-fatti għal-liġi billi qieset li l-BPP kienet ingħatat vantaġġ, fejn ikkonvertiet il-garanzija f’għajnuna inkompatibbli mas-suq intern;
3.
It-tielet aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi qieset li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni u żball ta’ liġi billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kundizzjonijiet ta’ eċċezzjoni previsti fl-Artikolu 107(3)(b) TFUE;
4.
Ir-raba’ aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi laqgħet id-deċiżjoni ta’ rkupru, inkwantu laqgħet id-deċiżjoni li jiġi ordnat l-irkupru ta’ (allegata) għajnuna li ma kinitx kompatibbli mas-suq intern, ġaladarba l-BPP ma kisbet ebda vantaġġ, ma kkonstatatx li d-deċiżjoni appellata ordnat l-irkupru ta’ għajnuna għal raġunijiet proċedurali u żbaljat billi ma kkonstatatx li l-Kummissjoni ma kinitx tbiegħdet mill-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida tagħha meta ġiet biex tikkalkola l-ammont tal-għajnuna;
5.
Il-ħames aggravju: Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi billi laqgħet id-deċiżjoni appellata fil-parti fejn din tordna l-irkupru tal-(allegata) għajnuna;
6.
Is-sitt aggravju: Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ksur ta’ dritt għal ugwaljanza fit-trattament tal-BPP mill-Kummissjoni, sa fejn il-każ inkwistjoni ġie ttrattat b’mod differenti fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet simili.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/346/UE, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat C 33/09 (ex NN 57/09, CP 191/09) implimentata mill-Portugall fil-forma ta’ garanzija tal-Istat lil Banco Privado Português, SA (ĠU 2011, L 159, p. 95).
Full & Egal Universal Law Academy