26.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Frar 2015 – Sprengen/Pakweg Douane BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-97/15)
(2015/C 171/19)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sprengen/Pakweg Douane BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
1)
In-nota 5C tal-aħħar paragrafu tal-Kapitolu 84 tan-NM – kemm jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni jew le l-Annessi A u B tal-Ftehim dwar it-teknoloġija informatika – għandha tiġi interpretata fis-sens li apparat, bħall-iscreenplays deskritti f’din is-sentenza, għandhom jiġu kklassifikati, bħala “unitajiet ta’ diski għal ħażna”, taħt is-sub-intestatura 8471 70 50 tan-NM, minkejja li l-apparat għandu karatteristiċi u proprjetajiet tali li huma f’pożizzjoni li jirriproduċu fajls multimedjali maħżuna fuq id-diski għal ħażna, wara konverżjoni tal-fajls f’sinjali analoġiċi, fuq apparat ta’ televiżjoni jew fuq video monitor?
2)
F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-intestatura 8521 tan-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li jista’ jiġi kklassifikat taħtha apparat bħal l-iscreenplays, anki jekk il-funzjoni ta’ riproduzzjoni vidjofonika tagħhom ma hijiex biss l-unika funzjoni tagħhom iżda fil-fatt il-funzjoni prinċipali tagħhom?
Full & Egal Universal Law Academy