26.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Sala de lo Civil) (Spanja) fis-27 ta’ Frar 2015 – Christian Liffers vs Producciones Mandarina, S.L. u Gestevisión Telecinco, S.A.
(Kawża C-99/15)
(2015/C 171/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo (Sala de lo Civil)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Christian Liffers
Konvenuti: Producciones Mandarina, S.L. u Gestevisión Telecinco, S.A.
Domanda preliminari
L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), tad-29 ta’ April, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jista’ jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix li persuna, ppreġudikata minn ksur tad-dritt għall-proprjetà intellettwali u li titlob kumpens għad-dannu patrimonjali kkalkolat abbażi tar-royalties jew tal-ħlasijiet li kienet tirċievi li kieku l-kontravventur talab awtorizzazzjoni sabiex juża d-dritt għall-proprjetà intellettwali inkwistjoni, titlob ulterjorment il-kumpens għad-danni morali kkawżati?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32
Full & Egal Universal Law Academy