27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-4 ta’ Marzu 2015 – Občina Gorje vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-111/15)
(2015/C 245/02)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Upravno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Občina Gorje
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Domandi preliminari
1)
Ir-Regolament Nru 1698/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu, li jipprovdi li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq għandhom jiġu stabbiliti fuq livell nazzjonali, suġġett għall-kundizzjonijiet speċjali stabbiliti minn dan ir-regolament għal ċerti miżuri ta’ żvilupp rurali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 79(4) tad-[Digriet dwar il-miżuri li jimplementaw l-Assi 1, 3 u 4 tal-Programm ta’ żvilupp rurali tar-Repubblika tas-Slovenja għall-perijodu 2007-2013, matul is-snin 2010-2013 (iktar ’il quddiem id-“Digriet PRP”)], u fil-punt 3 tal-Kapitolu VI tas-sejħa għal offerti, liema leġiżlazzjoni tipprovdi li l-infiq ta’ investiment eliġibbli huwa biss dak li jkun ġie sostnut wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà għas-sussidji (sat-tmiem tal-proġett ta’ investiment jew sa mhux iktar mit-30 ta’ Ġunju 2015)?
2)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, ir-Regolament Nru 1698/2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 56 tal-Liġi dwar l-agrikoltura (Zakon o kmetijstvu), li jipprovdi li kull talba li ma tkunx konformi mal-Artikolu 79(4) tad-Digriet PRP, dwar l-infiq ta’ investiment eliġibbli sostnut wara d-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni, għandha tiġi miċħuda kollha kemm hi?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 286M, 4.11.2010, p. 26).
Full & Egal Universal Law Academy