4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/30
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fl-4 ta’ Marzu 2015 – Kødbranchens Fællesråd f’isem Århus Slagtehus A/S et vs Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri, Fødevarestyrelsen
(Kawża C-112/15)
(2015/C 146/36)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kødbranchens Fællesråd f’isem Århus Slagtehus A/S, Danish Crown A.m.b.A. Oksekødsdivisionen, Hadsund Kreaturslagteri A/S, Hjalmar Nielsens Eksportslageri A/S, Kjellerup Eksportslagteri A/S, Mogens Nielsen Kreaturslagteri A/S, Vejle Eksportsla A/S
Konvenuti
:
1.
Ministeriet for Fødevarer, Landbrug og Fiskeri
2.
Fødevarestyrelsen
Domanda preliminari
L-Artikolu 27(4)(a) kif ukoll il-punti 1 u 2 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri ma jistgħux, meta jistabbilixxu t-tariffi miġbura mingħand l-impriżi tas-settur tal-ikel, jinkludu magħhom l-ispejjeż għal salarji u taħriġ ta’ persuni impjegati mas-servizz pubbliku sabiex jirċievu taħriġ li jissodisfa r-rekwiżiti imposti fuq l-“awżiljarji uffiċjali” mir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġiniw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), iżda li ma jwettqux funzjonijiet ta’ kontroll tal-laħam, kemm jekk qabel ma ġew aċċettati għal dan it-taħriġ kif ukoll jekk matulu?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 75
Full & Egal Universal Law Academy