26.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fis-6 ta’ Marzu 2015 – Secretarty of State for the Home Department vs NA
(Kawża C-115/15)
(2015/C 171/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Secretary of State for the Home Department
Konvenuta: NA
Domandi preliminari
1)
Għandu ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa ex konjuġi ta’ ċittadin tal-Unjoni jkun kapaċi li juri li l-konjuġi preċedenti tiegħu kien jeżerċita drittijiet taħt it-Trattat fl-Istat Membru ospitanti fil-mument tad-divorzju tagħhom sabiex iżomm dritt ta’ residenza taħt l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38/KE (1)?
2)
Ċittadin tal-UE għandu dritt taħt il-liġi tal-UE li jirrisjedi fi Stat Membru ospitanti taħt l-Artikoli 20 u 21 TFUE f’ċirkustanzi fejn l-uniku Stat fi ħdan l-UE li fih iċ-ċittadin huwa intitolat jirrisjedi huwa l-Istat tan-nazzjonalità tiegħu, iżda fejn saret konstatazzjoni ta’ fatt minn qorti kompetenti li t-tneħħija taċ-ċittadin mill-Istat Membru ospitanti għall-Istat tan-nazzjonalità tiegħu tikser id-drittijiet tiegħu taħt l-Artikolu 8 tal-KEDB jew taħt l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE?
3)
Jekk iċ-ċittadin tal-UE fid-domanda 2 (iktar ’il fuq) huwa wild, il-ġenitur li għandu l-kura esklużiva ta’ dan il-wild għandu dritt derivat ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti jekk il-wild ikollu jakkumpanja l-ġenitur meta sseħħ it-tneħħija tal-ġenitur mill-Istat Membru ospitanti?
4)
Wild għandu dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68/KEE (2) (issa l-Artikolu 10 tar-Regolament 492/2011/UE (3)) jekk il-ġenitur tal-wild li jkun ċittadin tal-Unjoni, li kien impjegat fl-Istat Membru ospitanti, ma baqax jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti qabel ma l-minuri daħal fis-sistema edukattiva f’dak l-Istat?
(1) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).
(2) Regolament tal-Kunsill (KKE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15).
(3) Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy