26.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) fid-9 ta’ Marzu 2015 – Confederación Sindical ELA y Juan Manuel Martínez Sánchez vs Aquarbe S.A.U. y Consorcio de Aguas de Busturialdea
(Kawża C-118/15)
(2015/C 171/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Confederación Sindical ELA u Juan Manuel Martínez Sánchez
Konvenuti: Aquarbe S.A.U. u Consorcio de Aguas de Busturialdea
Domanda preliminari
L-Artikolu 1(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1), tat-12 ta’ Marzu 2001, moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) tal-istess direttiva, jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni Spanjola intiża li timplementaha fis-sens li impriża tas-settur pubbliku, proprjetarja ta’ servizz inerenti għall-attività tagħha stess, li jeħtieġ l-użu ta’ mezzi materjali essenzjali għall-provvista ta’ dan is-servizz, hija eżentata milli tieħu l-persunal tal-imprenditur kontraenti li ngħata l-kuntratt għal dan is-servizz bil-kundizzjoni li tuża l-mezzi materjali li huma proprjetà tagħha, meta hija tiddeċiedi li ma testendix il-kuntratt u li tipprovdi s-servizz hija direttament permezz tal-persunal tagħha u mingħajr ma tieħu l-persunal li l-kuntrattur kien jimpjega, b’tali mod li s-servizz jibqa’ jiġi pprovdut bl-istess mod, iżda minn ħaddiema oħra impjegati ma’ persuna li timpjega differenti?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98)
Full & Egal Universal Law Academy