1.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Marzu 2015 – Salutas Pharma GmbH vs Hauptzollamt Hannover
(Kawża C-124/15)
(2015/C 178/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Salutas Pharma GmbH
Konvenuta: Hauptzollamt Hannover
Domanda preliminari
In-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1777/2001, tas-7 ta’ Settembru 2001 (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li pilloli effervexxenti b’kontenut ta’ kalċju ta’ 500 mg f’kull pillola, li jintużaw għall-prevenzjoni u għat-trattament ta’ nuqqas ta’ kalċju u sabiex ikunu ta’ sostenn għal terapija speċjali għall-prevenzjoni u għat-trattament tal-osteoporożi u li d-doża massima ta’ kuljum li hija rrakkomandata għall-adulti indikata fuq it-tikketta hija ta’ 3 pilloli (= 1 500 mg), għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 3004 9000?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.
(2) ĠU L 240, p. 4.
Full & Egal Universal Law Academy