11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/15
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2015 mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-2 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-577/14, Gascogne Sack Deutschland u Gascogne vs L-Unjoni Ewropea
(Kawża C-125/15 P)
(2015/C 155/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A.V. Placco u E. Beysen, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Gascogne Sack Deutschland GmbH u Gascogne
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tat-2 ta’ Frar 2015, mogħti fil-Kawża T-577/14, Gascogne Sack Deutschland u Gascogne vs L-Unjoni Ewropea, sa fejn dan jiċħad mit-tieni sar-raba’ talbiet ifformulati mill-QĠUE fit-talba tagħha ppreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali skont l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha;
—
tilqa’ l-imsemmija talbiet u għaldaqstant
—
prinċipalment, billi tiddeċiedi dwar il-kawża b’mod definittiv, tiċħad ir-rikors għad-danni ta’ Gascogne Sack Deutschland GmbH u Groupe Gascogne S.A. bħala inammissibbli, peress li huwa dirett kontra l-QĠUE (bħala rappreżentanti tal-Unjoni);
—
sussidjarjament, fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-fatt li l-imsemmi rikors huwa dirett kontra l-QĠUE u mhux kontra l-Kummissjoni (bħala rappreżentanti tal-Unjoni) ma jaffettwax l-ammissibbiltà tiegħu, iżda li, meta ddeċidiet dwar il-kwistjoni proċedurali mqajma mill-QĠUE quddiemha, il-Qorti Ġenerali kellha tordna li l-QĠUE tiġi ssostitwita mill-Kummissjoni bħala konvenuta, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għad-danni ta’ Gascogne Sack Deutschland GmbH u Groupe Gascogne S.A. billi tikkonforma mal-punti ta’ liġi li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun iddeċidiet;
—
tikkundanna lil Gascogne Sack Deutschland GmbH u lil Groupe Gascogne S.A. għall-ispejjeż sostnuti mill-QĠUE fil-proċedura tal-ewwel istanza u fil-proċedura tal-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji relatati, minn naħa, mal-ksur tar-regoli dwar ir-rappreżentanza tal-Unjoni quddiem il-qrati tagħha u, min-naħa l-oħra, mal-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali.
Fil-kuntest tal-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli dwar ir-rappreżentanza tal-Unjoni quddiem il-qrati tagħha, il-QĠUE tosserva li fl-assenza ta’ dispożizzjoni espressa li tirregola b’mod speċifiku r-rappreżentanza tal-Unjoni quddiem il-qrati tagħha fil-kuntest ta’ azzjonijiet ippreżentati abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, ir-regoli relatati ma’ tali rappreżentanza għandhom jiġu dedotti minn prinċipji ġenerali li jirregolaw l-eżerċizzju tal-funzjoni ġudizzjarja, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja kif ukoll il-prinċipji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-qorti.
Fil-kuntest tat-tieni aggravju tagħha, l-appellanti ssostni li fl-assenza ta’ konfutazzjoni speċifika ta’ argument żviluppat quddiem il-Qorti Ġenerali, argument li kien jirrigwarda l-portata tas-sentenzi C-40/12 P, Gascogne Sack vs Il-Kummissjoni (1) u C-58/12 P, Groupe Gascogne vs Il-Kummissjoni (2), id-digriet ikkontestat huwa vvizzjat minn ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
(1) EU:C:2013:768
(2) EU:C:2013:770
Full & Egal Universal Law Academy