11.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 155/17
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2015 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-128/15)
(2015/C 155/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: L. Banciella Rodríguez-Miñón u A. Rubio González, aġenti)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-dispożizzjoni kkontestata
—
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
—
Ksur mill-Kunsill tal-marġni ta’ diskrezzjoni tiegħu meta stabbilixxa fl-Artikolu 3 u fil-Parti 2 tal-Anness tar-Regolament Nru 1367/2014 (1) l-opportunitajiet ta’ sajd għas-snin 2015 u 2016 tal-ispeċi roundnose grenadier (RNG-Coryphaenoides rupestris) u roughhead grenadier (RHG-Macrourus berglax) fiż-żoni Vb, VI u VII u VIII, IX, X, XII u XIV, rispettivament, li jippreġudikaw l-istabbiltà relatata ma’ qbid storiku mir-Renju ta’ Spanja tal-ispeċi roughhead grenadier.
—
Dwar l-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ir-Regolament Nru 1367/2014 għandu natura manifestament sproporzjonata fir-rigward tal-iffissar tal-qabda totali permissibbli (TAC) konġunta għaż-żewġt ispeċi ta’ grenadier fiż-żoni Vb, VI u VII, minn naħa u, min-naħa l-oħra, għaż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV.
—
Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni nkiser bl-iffissar ta’ TAC konġunta għaż-żewġt ispeċi ta’ grenadier peress li b’paragun maż-żewġ każijiet indikati iktar ’il fuq, il-prinċipju ta’ stabbiltà relattiva ma ġiex osservat u t-TAC ġiet imposta unilateralment mill-istituzzjonijiet Ewropej mingħajr ma ġew ikkunsidrati t-talbiet leġittimi tar-Renju ta’ Spanja.
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014, tal-15 ta’ Diċembru 2014, li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy