1.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2015 – H.C. Chavez-Vilchez et vs Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank (Svb) et
(Kawża C-133/15)
(2015/C 178/10)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: H.C. Chavez-Vilchez, P. Pinas, U. Nikolic, X.V. Garcia Perez, J. Uwituze, Y.R.L. Wip, I.O. Enowassam, A.E. Guerrero Chavez,
Konvenuti: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank (Svb), College van burgemeester en wethouders van de gemeente Arnhem, College van burgemeester en wethouders van de gemeente ’s-Gravenhage, College van burgemeester en wethouders van de gemeente ’s-Hertogenbosch, College van burgemeester en wethouders van de gemeente Amsterdam, College van burgemeester en wethouders van de gemeente Rijswijk, College van burgemeester en wethouders van de gemeente Rotterdam
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru milli jirrifjuta dritt ta’ residenza fit-territorju tiegħu lil ċittadin ta’ pajjiż terz li ta’ kuljum jieħu effettivament ħsieb il-wild minuri tiegħu li huwa ċittadin ta’ dan l-Istat Membru?
2)
Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti li l-piż legali, finanzjarju u/jew emozzjonali ma huwiex eżerċitat esklużivament minn dan il-ġenitur u li, barra minn hekk, ma huwiex eskluż li l-ġenitur l-ieħor, li jkun ċittadin tal-Istat Membru, jista’ de facto jkun f’pożizzjoni li jieħu ħsieb il-wild tiegħu? F’dan il-każ, il-ġenitur/iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jistabbilixxi b’mod konvinċenti li l-ġenitur l-ieħor ma jistax jieħu ħsieb il-wild, b’tali mod li l-wild ikun meħtieġ iħalli t-territorju tal-Unjoni jekk il-ġenitur/iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jiċċaħħad minn dritt ta’ residenza?
Full & Egal Universal Law Academy