15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Marzu 2015 – Ir-Repubblika Ellenika vs Grigorios Nikiforidis
(Kawża C-135/15)
(2015/C 198/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika
Konvenut: Grigorios Nikiforidis
Domandi preliminari
1.
L-Artikolu 28 tar-Regolament Ruma I (1) dwar ir-relazzjonijiet tax-xogħol japplika biss jekk ir-relazzjoni legali ġiet stabbilita permezz ta’ kuntratt ta’ xogħol miftiehem wara s-16 ta’ Diċembru 2009, jew anki jekk ikun hemm il-kunsens sussegwenti tal-partijiet fil-kuntratt, kemm jekk ir-relazzjoni ta’ xogħol tagħhom tinbidel jew tkompli mingħajr bdil, jeffettwa l-applikabbiltà tar-Regolament?
2.
L-Artikolu 9(3) tar-Regolament Ruma I waħdu jeskludi l-applikazzjoni diretta tar-regoli mandatorji tal-pulizija ta’ Stat terz fejn l-obbligi bbażati fuq il-kuntratt ma għandhomx jiġu eżegwiti jew ma ġewx eżegwiti, jew jeskludi wkoll it-teħid inkunsiderazzjoni indirett tad-dritt tal-Istat li l-liġi tiegħu tirregola l-kuntratt?
3.
Il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE għandu sinjifikat legali fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-qrati nazzjonali li tapplika direttament jew indirettament ir-regoli mandatorji tal-pulizija ta’ Stat Membru ieħor?
(1) Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, p. 6).
Full & Egal Universal Law Academy