21.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/14
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2015 minn Mohammad Makhlouf mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-21 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-509/11, Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża C-136/15 P)
(2015/C 311/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Mohammad Makhlouf (rappreżentant: G. Karouni, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla s-sentenza kkontestata;
—
tiddikjara li d-deċiżjonijiet u r-regolamenti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea indirizzati minn dan ir-rikors huma nulli u bla effett sa fejn dawn jirrigwardaw lill-appellant;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrent marbuta mal-appell u mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali;
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju wieħed ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali fl-implementazzjoni tar-regoli marbuta mal-obbligu impost fuq il-Kunsill.
B’mod iktar partikolari, l-appellant jilmenta li l-Qorti Ġenerali ibbażat ruħha fuq motivazzjoni tal-Kunsill li hija inkompleta u mhux iċċirkustanzjata, fatt li ma ppermittilux li jidentifika r-raġunijiet speċifiċi u konkreti għall-iskrizzjoni tiegħu. Konsegwentement, l-appellant ma kienx f’pożizzjoni li jiżgura difiża adegwata, minħabba l-injoranza tal-fatt li kien ġie allegat fil-konfront tiegħu marbut mar-repressjoni tal-manifestanti, jew mal-provvista ta’ appoġġ tar-reġim jew anki mal-gwadann mir-reġim.
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali żnaturat manifestament l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni meta pprovat tirrimejda l-karenza tal-Kunsill, billi invokat, bi żball u għall-ewwel darba fis-sentenza tagħha, il-fatt li l-appellant “jibbenfika minn linji politiċi mmexxija mir-reġim”.
L-assenza ta’ indikazzjoni ċara u preċiża fil-motivazzjoni tal-Kunsill tal-fatt inkriminat, li ta lok għall-miżura restrittiva, b’hekk ippreġudikat b’mod serju l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża tal-appellant.
Full & Egal Universal Law Academy