1.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) fl-20 ta’ Marzu 2015 – María Pilar Plaza Bravo vs Servicio Público de Empleo Estatal Dirección Provincial de Álava
(Kawża C-137/15)
(2015/C 178/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: María Pilar Plaza Bravo
Konvenut: Servicio Público de Empleo Estatal Dirección Provincial de Álava
Domanda preliminari
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7KE (1), tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, jipprekludi, f’ċirkustanzi bħall-dawk tal-kawża preżenti, dispożizzjoni nazzjonali li biha, għall-kalkolu tal-ammont ta’ benefiċċji tal-qgħad sħiħ li għandu jirċievi impjegat li tilef l-uniku impjieg part-time tiegħu, ikun applikat koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time, li jikkorrispondi mal-perċentwali li jirrappreżenta l-ħin tax-xogħol ta’ impjegat part-time meta mqabbel ma’ dak ta’ impjegat full-time paragunabbli, għall-ammont massimu ta’ benefiċċju tal-qgħad stabbilit mil-liġi, fid-dawl tal-fatt li f’dan l-Istat Membru l-impjegati part-time huma, fil-maġġoranza l-kbira tagħhom, nisa?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215.
Full & Egal Universal Law Academy