15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Marzu 2015 – G.E. Security BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-143/15)
(2015/C 198/27)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: G.E. Security BV
Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën
Domanda preliminari
L-intestaturi 8517, 8521, 8531 u 8543 tan-Nomenklatura Magħquda għandhom jiġu interpretati fis-sens li prodott bħall-videomultiplexer għandu jiġi kklassifikat f’waħda minn dawn l-intestaturi, meta dan il-prodott ikun żviluppat sabiex jagħmel parti minn sistema li, minn naħa, tippermetti l-analiżi ta’ immaġni u ta’ ħsejjes li ġejjin minn kameras u minn sensors ta’ allarm li huma konnessi magħha u, fejn meħtieġ, tirreġistra immaġni u ħsejjes, taħżinhom, tipproċessahom u turihom fuq skrin konness u/jew, min-naħa l-oħra, meta immaġni u ħsejjes jiġġustifikawh, temetti sinjal ta’ twissija fil-forma ta’ posta elettronika mibgħuta lil utent jew lil diversi utenti konnessi mas-sistema u/jew tista’ tixgħel apparat li jemetti sinjali ta’ ħoss jew ta’ dawl?
Full & Egal Universal Law Academy