15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Marzu 2015 – Staatssecretaris van Financiën vs Customs Support Holland BV
(Kawża C-144/15)
(2015/C 198/28)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Customs Support Holland BV
Domandi preliminari
1)
L-intestatura 2304 tan-Nomenklatura Magħquda (iktar ’il quddiem in-“NM”) għandha tiġi interpretata fis-sens li din l-intestatura tariffarja tkopri wkoll konċentrat tal-proteina tas-sojja li huwa miksub wara l-eliminazzjoni mill-fdalijiet solidi tal-estrazzjoni ta’ żejt miż-żerriegħa tas-sojja (imsejħa tqiq tas-sojja) ta’ xaħmijiet, karboidrati (jew fibra tal-għalf) u sustanzi noċivi li jippersistu [u] li, permezz ta’ din l-estrazzjoni, isir tajjeb għall-użu bħala ingredjent għal għalf kompost għal għoġġiela żgħar ħafna?
2)
Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta negattiva, konċentrat tal-proteina tas-sojja, miksub bil-mod deskritt fl-ewwel domanda, jaqa’ taħt l-intestatura 2308 jew l-intestatura 2309 tan-NM?
Full & Egal Universal Law Academy