22.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Marzu 2015 – Provincia di Bari vs Edilizia Mastrodonato srl
(Kawża C-147/15)
(2015/C 205/21)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Provincia di Bari
Konvenuta: Edilizia Mastrodonato srl
Domanda preliminari
L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva Komunitarja 2006/21/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività ta’ mili tal-miżbla – fil-każ ta’ użu ta’ skart li ma huwiex ġej minn estrazzjoni – għandha dejjem tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart tad-Direttiva 1999/31/KE (2), anki fil-każ li ma hemmx operazzjonijiet ta’ rimi ta’ skart, iżda ta’ rkupru?
(1) Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 102, p. 15).
(2) Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April tal-1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [miżbla] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228).
Full & Egal Universal Law Academy