22.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Coimbra (il-Portugall) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Sociedade Portuguesa de Autores CRL vs Ministério Público
(Kawża C-151/15)
(2015/C 205/22)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal da Relação de Coimbra
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sociedade Portuguesa de Autores CRL
Konvenut: Ministério Público
Domandi preliminari
1)
Il-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi x-xandir ta’ xogħlijiet, fi stabbilimenti kummerċjali bħall-barijiet, il-cafés, ir-ristoranti jew postijiet oħra b’karatteristiċi simili, permezz ta’ riċevitur tat-televiżjoni u li x-xandir tagħhom huwa amplifikat permezz ta’ speakers u/jew amplifikaturi, fejn f’dan is-sens, jiġi kkonfigurat użu ġdid ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur?
2)
L-użu ta’ speakers u/jew amplifikaturi, jiġifieri, ta’ mezzi tekniċi distinti mir-riċevitur tat-televiżjoni għall-amplifikazzjoni tat-tixrid tal-ħoss jaffettwa r-risposta għad-domanda preċedenti?
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).
Full & Egal Universal Law Academy