13.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 228/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Granada (Spanja) fl-1 ta’ April 2015 – Francisco Gutiérrez Naranjo vs BBK Bank Cajasur, S.A.U.
(Kawża C-154/15)
(2015/C 228/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 1 de Granada
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Francisco Gutiérrez Naranjo
Konvenuta: BBK Bank Cajasur, S.A.U.
Domandi preliminari
1)
L-interpretazzjoni ta’ “ma jkunux jorbtu” fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1) hija kompatibbli, f’tali każijiet, ma’ interpretazzjoni fis-sens li d-dikjarazzjoni ta’ nullità tal-klawżola ċċitata madankollu testendi l-effetti tagħha sakemm issir din id-dikjarazzjoni, u, għalhekk, li minkejja li tiġi ddikjarata n-nullità tagħha, huwa mifhum li l-effetti prodotti minnha matul il-perijodu li kienet fis-seħħ ma jiġux annullati jew ma jsirux ineffettivi?
2)
Deċiżjoni meħuda kontra l-użu ta’ klawżola partikolari (skont l-Artikoli 6 u 7) f’kawża individwali mressqa minn konsumatur fejn issir id-dikjarazzjoni ta’ nullità tagħha, hija kompatibbli ma’ limitazzjoni tal-effetti ta’ din id-dikjarazzjoni ta’ nullità? Huwa possibbli (għall-qrati) li jibdlu ir-rimbors ta’ kwalunkwe somma mħallsa mill-konsumatur – li l-professjonist huwa meħtieġ jirrimborsa – skont il-klawżola, li sussegwentement ġiet iddikjarata nulla ex tunc, minħabba nuqqas ta’ informazzjoni u/jew trasparenza?
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
Full & Egal Universal Law Academy