15.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 198/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm (l-Isvezja) fl-1 ta’ April 2015 – George Karim vs Migrationsverket
(Kawża C-155/15)
(2015/C 198/31)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Kammarrätten i Stockholm – Migrationsöverdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: George Karim
Konvenut: Migrationsverket
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonjiet ġodda dwar id-dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva previsti permezz tar-Regolament 604/2013 (1) [premessa 19 u l-Artikoli 27(1) u (5)] jimplikaw li applikant għal ażil għandu wkoll ikollu l-possibbiltà li jikkontesta l-kriterji previsti fil-Kapitolu III tar-Regolament 604/2013 li abbażi tagħhom huwa jiġi ttrasferit fi Stat Membru ieħor li aċċetta li jilqgħu? Jew inkella d-dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva jista’ jkun limitat biss għad-dritt ta’ stħarriġ tal-eżistenza ta’ nuqqasijiet sistemiċi fil-proċedura ta’ ażil u fil-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza fl-Istat Membru li fih l-applikant ser jiġi ttrasferit (kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Abdullahi, C-394/12, EU:C:2013:813)?
2)
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li huwa possibbli li jiġu kkontestati l-kriterji previsti fil-Kapitolu III tar-Regolament 604/2013, tintalab ukoll risposta għad-domanda li ġejja: l-Artikolu 19(2) tar-Regolament 604/2013 jimplika li l-imsemmi regolament ma jistax jiġi applikat jekk l-applikant għal ażil juri li rrisjeda barra mit-territorju tal-Istati Membri għal mill-inqas tliet xhur?
(1) Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 180, p. 31).
Full & Egal Universal Law Academy