22.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fit-3 ta’ April 2015 – Samira Achbita, Centrum voor gelijkheid van kansen en voor racismebestrijding vs G4S Secure Solutions NV
(Kawża C-157/15)
(2015/C 205/24)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Samira Achbita, Centrum voor gelijkheid van kansen en voor racismebestrijding
Konvenuta: G4S Secure Solutions NV
Domanda preliminari
L-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni li, bħala musulmana, persuna tilbes velu fuq il-post tax-xogħol ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni diretta meta r-regola fis-seħħ tal-persuna li timpjega tipprojbixxi lill-ħaddiema kollha milli jilbsu fuq il-post tax-xogħol sinjali esterni li juru konvinzjonijiet politiċi, filosofiċi jew reliġjużi?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
Full & Egal Universal Law Academy