3.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 254/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ April 2015 – Franz Lesar
(Kawża C-159/15)
(2015/C 254/02)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Franz Lesar
Konvenut: Beim Vorstand der Telekom Austria AG eingerichtetes Personalamt
Domandi preliminari
L-Artikolu 2(1) u (2)(a) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni bħal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi li l-perijodi ta’ taħriġ u l-perijodi ta’ xogħol imwettqa minn membru tal-persunal bil-kuntratt tal-Istat Federali qabel id-dħul tiegħu fis-servizz pubbliku f’din il-kapaċità, perijodi li fir-rigward tagħhom kellhom jitħallsu kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-pensjoni obbligatorja,
a)
jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tad-drittijiet għal pensjoni ta’ uffiċjal meta l-persuna kkonċernata tkun wettqithom wara li laħqet l-età ta’ 18-il sena, f’liema każ l-organu assiguratur għandu jħallas lill-Istat Federali ammont għat-trasferiment għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn il-perijodi skont ir-regoli tad-dritt tal-assigurazzjonijiet soċjali, iżda, min-naħa l-oħra
b)
ma jittiħdux inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tad-drittijiet għal pensjoni ta’ uffiċjal meta l-persuna kkonċernata tkun wettqithom qabel ma tilħaq l-età ta’ 18-il sena, f’liema każ l-organu assiguratur ma jkunx meħtieġ iħallas lill-Istat Federali ammont għat-trasferiment u jkollu jirrimborsa lill-assigurat il-kontribuzzjonijiet mħallsa minnu, b’mod partikolari, fid-dawl tal-fatt li, fil-każ li dawn il-perijodi jittieħdu inkunsiderazzjoni a posteriori skont ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni, ikun hemm il-possibbiltà li l-organu assiguratur jitlob lill-uffiċjal iħallsu lura l-kontribuzzjonijiet irrimborsati minnu u l-obbligu għall-organu assiguratur li jħallas a posteriori ammont ta’ trasferiment lill-Istat Federali?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.
Full & Egal Universal Law Academy