3.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 254/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-9 ta’ April 2015 – Youssef Hassan vs Breiding Vertriebsgesellschaft mbH
(Kawża C-163/15)
(2015/C 254/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Youssef Hassan
Konvenuta: Breiding Vertriebsgesellschaft mbH
Domandi preliminari
1)
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1), tipprekludi detentur ta’ liċenzja li ma huwiex imniżżel fir-reġistru tat-trade marks Komunitarji milli jieħu azzjoni minħabba vjolazzjoni ta’ trade mark?
2)
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, tipprekludi mekkaniżmu legali nazzjonali li jawtorizza lid-detentur ta’ liċenzja li jinforza f’ismu stess (“Prozessstandschaft”) id-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark kontra l-awtur tal-vjolazzjoni?
(1) ĠU L 78, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy