22.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/20
Appell ippreżentat fid-9 ta’ April 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-5 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-500/12, Ryanair vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-165/15 P)
(2015/C 205/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan, T. Maxian Rusche, B. Stromsky, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Ryanair Ltd., L-Irlanda, Aer Lingus Ltd.
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 fis-sentenza T-500/12, Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni, sa fejn hija annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) – Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda (1), inkwantu l-imsemmija deċiżjoni tordna l-irkupru tal-għajnuna mingħand il-benefiċjarji għal ammont li huwa stabbilit għal EUR 8 għal kull passiġġier fil-premessa 70 tal-istess deċiżjoni; u
—
tiċħad ir-rikors intiż li jikseb l-annullament tad-Deċijoni tal-Kummissjoni Nru 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) – Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda;
—
tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż;
sussidjarjament,
—
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;
—
tirriżerva l-ispejjeż taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka motiv uniku.
L-appellanti ssostni li, billi ddefinixxiet kriterju ekonomiku ġdid li għandu jiġi applikat sabiex jiġu ddeterminati l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonsisti f’miżura fiskali li tipprevedi rata mnaqqsa meta mqabbla mar-rata normali, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 108(3) TFUE u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (2).
(1) ĠU L 119, p. 30.
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.
Full & Egal Universal Law Academy