27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Roma (l-Italja) fit-13 ta’ April 2015 – X vs Presidenza del Consiglio dei Ministri
(Kawża C-167/15)
(2015/C 245/03)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale civile di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X.
Konvenuta: Presidenza del Consiglio dei Ministri
Domandi preliminari
1)
Id-Direttiva 2004/80/KE (1) [Artikolu 12(2)] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi liġi nazzjonali ta’ traspożizzjoni li – sa fejn tagħmel riferiment, għall-għoti ta’ kumpens taħt responsabbiltà tal-Istat, għad-dispożizzjonijiet ta’ liġijiet speċjali favur il-vittma – ma tirrikonoxxix lill-vittma ta’ ksur vjolenti tad-dritt komuni l-aċċess għal skema sostantiva ta’ kumpens ta’ tip ġenerali u tirregola biss l-aspetti proċedurali, għas-sitwazzjonijiet transkonfinali, tal-aċċess għall-imsemmija skema?
2)
Id-Direttiva 2004/80/KE [Artikolu 12(2)] għandha tiġi interpretata fis-sens li timponi skema sostantiva ta’ protezzjoni taħt responsabbiltà tal-Istat ta’ tip ġenerali jew li fi kwanlunkwe każ għandha kontenut minimu u, f’dan il-każ, skont liema kriterji dan il-kontenut minimu għandu jiġi ddeterminat?
(1) Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 65
Full & Egal Universal Law Academy