27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov (is-Slovakkja) fl-14 ta’ April 2015 – Milena Tomášová vs Ministerstvo spravodlivosti SR
(Kawża C-168/15)
(2015/C 245/04)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Okresný súd Prešov
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Milena Tomášová
Konvenut: Ministerstvo spravodlivosti SR
Pohotovosťs.r.o.
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Združenie na ochranu spotrebiteľa HOOS
Domandi preliminari
1)
Il-fatt li tiġi rkuprata, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni mwettqa abbażi ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ, somma bbażata fuq klawżola inġusta b’kontradizzjoni mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi ksur serju tad-dritt tal-Unjoni?
2)
Stat Membru jista’ jitqies responsabbli minn ksur tad-dritt Komunitarju qabel ma l-parti fil-proċedura tagħmel użu mir-rimedji ġudizzjarji kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha mill-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni; fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ fatt tal-kawża, din ir-responsabbiltà tal-Istat Membru tista’ tinħoloq, f’dan il-każ, qabel l-għeluq stess tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni u qabel ma r-rikorrenti teżawrixxi l-possibbiltà li titlob l-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament?
3)
F’każ ta’ risposta affermattiva, l-aġir tal-korp deskritt mir-rikorrenti jikkostitwixxi ksur suffiċjentement manifest u serju tad-dritt Komunitarju fid-dawl tas-sitwazzjoni fattwali, b’mod partikolari fir-rigward tal-passività assoluta tar-rikorrenti u tal-fatt li hija ma eżawrixxietx ir-rimedji ġudizzjarji kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha mid-dritt tal-Istat Membru?
4)
Jekk f’dan il-każ hija kwistjoni ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt Komunitarju, is-somma mitluba mir-rikorrenti tikkorrispondi mad-dannu li għandu jwieġeb għalih l-Istat Membru; jista’ d-dannu hekk mifhum ikun ekwiparabbli mad-dejn irkuprat, jiġifieri l-arrikkiment indebitu?
5)
Il-kawża għall-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament, inkwantu rikors, tipprevali fuq il-kumpens għad-dannu?
Full & Egal Universal Law Academy