18.4.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 136/6
Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2015 minn Enercon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-28 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-655/13 – Enercon GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-170/15 P)
(2016/C 136/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Enercon GmbH (rappreżentant: R. Böhm, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
B’digriet tal-21 ta’ Jannar 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lir-rikorrenti għall-ispejjeż tagħha stess.
Full & Egal Universal Law Academy