29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ April 2015 – Connexxion Taxi Services BV vs Staat der Nederlanden (Ministerie van Volksgezondheid, Welzijn en Sport) et
(Kawża C-171/15)
(2015/C 213/26)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Connexxion Taxi Services BV
Konvenuti: Staat der Nederlanden (Ministerie van Volksgezondheid, Welzijn en Sport), Transvision BV, Rotterdamse Mobiliteit Centrale RMC BV, Zorgvervoercentrale Nederland BV
Domandi preliminari
1
(a)
Id-dritt tal-Unjoni, partikolarment l-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE (1) fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], jipprekludi liġi nazzjonali li tobbliga lill-awtorità kontraenti li tevalwa, billi tapplika l-prinċipju ta’ proporzjonalità, jekk l-offerent li jkun responsabbli għal kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità għandux jiġi effettivament eskluż?
(b)
Għal dan l-għan huwa rilevanti li l-awtorità kontraenti ddikjarat fil-kundizzjonijiet tas-sejħa għal offerti li offerta li għaliha tapplika raġuni għal esklużjoni għandha titwarrab u ma hijiex eliġibbli għal evalwazzjoni ulterjuri fil-mertu?
2.
F’każ ta’ risposta negattiva għad-domanda 1(a): id-dritt tal-Unjoni Ewropea jipprekludi sitwazzjoni li fiha l-qrati nazzjonali jonqsu milli jwettqu stħarriġ ġudizzjarju “sħiħ” ta’ evalwazzjoni mwettqa abbażi tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, bħall-evalwazzjoni mwettqa minn awtorità kontraenti fil-każ odjern, iżda jwettqu biss stħarriġ (“sommarju”) dwar jekk l-awtorità kontraenti setgħetx raġonevolment tasal għad-deċiżjoni li ma teskludix offerent minkejja l-fatt li dak l-offerent kien responsabbli għal kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.
Full & Egal Universal Law Academy