6.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 221/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fl-20 ta’ April 2015 – Guy Riskin, Geneviève Timmermans vs L-Istat Belġjan
(Kawża C-176/15)
(2015/C 221/02)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Guy Riskin, Geneviève Timmermans
Konvenut: L-Istat Belġjan
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjoni legali li tinsab fl-Artikolu 285 tal-Kodiċi tat-taxxi fuq id-dħul tal-1992, li tawtorizza impliċitament t-taxxa doppja fuq dividendi barranin fil-każ ta’ persuna fiżika residenti fil-Belġju, hija konformi mal-prinċipji tad-dritt Komunitarju stabbiliti mill-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sa fejn tippermetti lill-Belġju jiffavorixxi kif jidhirlu xieraq, skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt Belġjan li għalihom jirreferi l-ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja nnegozjat mill-Belġju, jiġifieri skont jekk jirreferix għall-Artikolu 285 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ tassazzjoni jew għall-Artikolu 286 li jistabbilixxi biss ir-rata ta’ tassazzjoni tal-perċentwali fissa ta’ taxxa, investimenti fi Stati terzi (l-Istati Uniti) għad-detriment ta’ dawk li jistgħu jsiru fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (il-Polonja)?
2)
Sa fejn jissuġġetta l-possibbiltà li t-taxxa barranija tiġi imputata lit-taxxa Belġjana għall-kundizzjoni li l-kapital u l-proprjetà li minnhom jirriżulta d-dħul jintużaw fil-Belġju għall-eżerċizzju tal-attività professjonali, l-Artikolu 285 tal-Kodiċi tat-taxxi fuq id-dħul tal-1992 ma jmurx kontra l-Artikoli 49, 56 u 58 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?
Full & Egal Universal Law Academy