29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/18
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ April 2015 – Nelsons GmbH vs Ayonnax Nutripharm GmbH, Bachblütentreff Ltd
(Kawża C-177/15)
(2015/C 213/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nelsons GmbH
Konvenuti: Ayonnax Nutripharm GmbH, Bachblütentreff Ltd
Domandi preliminari
1.
Likwidi li jinbiegħu fi spiżeriji fi flixkien b’qattara u fi sprays b’volum ta’ 10 ml jew ta’ 20 ml, deskritti bħala spirti li għandhom kontenut ta’ alkoħol ta’ 27 % ta’ volum, huma xorb li għandu iktar minn 1,2 % ta’ volum ta’ alkoħol fis-sens tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 (1) meta, skont l-indikazzjonijiet tad-dożaġġ fuq l-imballaġġ tagħhom,
(a)
għandhom jittieħdu erba’ qatriet tal-likwidu mħallta ma’ tazza ilma li jinxtarbu diversi drabi fil-ġurnata, jew skont il-bżonn, erba’ qatriet waħedhom;
(b)
il-likwidu mibjugħ bħala spray għandu jiġi applikat darbtejn fuq l-ilsien?
2.
Fil-każ li d-domandi 1a u 1b jingħataw risposta fin-negattiv:
Il-provi fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 għandhom ukoll ikunu preżenti fil-każ ta’ riferimenti għal benefiċċji ġenerali u mhux speċifiċi, fis-sens tal-Artikolu 10(3) tal-imsemmi regolament?
3.
L-ewwel nofs tas-sentenza tal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tapplika jekk, qabel l-1 ta’ Jannar 2005, il-prodott inkwistjoni ma kienx ikkummerċjalizzat bħala prodott tal-ikel iżda bħala prodott mediċinali?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1924/2006, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9) kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1047/2012, tat-8 ta’ Novembru 2012 (ĠU L 310, p. 36).
Full & Egal Universal Law Academy