27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy we Wrocławiu (il-Polonja) fl-20 ta’ April 2015 – Alicja Sobczyszyn vs Szkoła Podstawowa w Rzeplinie
(Kawża C-178/15)
(2015/C 245/05)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy we Wrocławiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alicja Sobczyszyn
Konvenuta: Szkoła Podstawowa w Rzeplinie
Domanda preliminari
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex kull ħaddiem ikun intitolat għal leave annwali bi ħlas ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat, skont il-kundizzonijiet għall-ksib u għall-għoti ta’ leave stabbiliti mil-leġiżlazzjoni u/jew mill-prattiki nazzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li għalliem li bbenefika minn leave ta’ konvalexxenza previst mil-Liġi tas-26 ta’ Jannar 1982 li tistabbilixxi l-istatut tal-għalliema (ustawa z dnia 26 stycznia 1982 roku Karta Nauczyciela, Dz.U.2014, pos.191 e 1198) jikseb ukoll id-dritt għal-leave annwali previst mid-dispożizzjonijiet ġenerali tad-dritt tax-xogħol matul is-sena li matulha jkun eżerċita d-dritt tiegħu għal leave ta’ konvalexxenza?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381
Full & Egal Universal Law Academy