3.8.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 254/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-23 ta’ April 2015 – TSI GmbH vs Hauptzollamt Aachen
(Kawża C-183/15)
(2015/C 254/04)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TSI GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Aachen
Domandi preliminari
In-Nomenklatura Magħquda tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008 (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li granulometri aerodinamiċi tal-ultravjola u strumenti tal-għadd ta’ partiċelli li jistgħu jinġarru kif deskritti f’iktar dettall fid-digriet jaqgħu taħt is-subintestatura 9027 10 10?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 291, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy