27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-24 ta’ April 2015 – Joachim Pöpperl vs Land Nordrhein-Westfalen
(Kawża C-187/15)
(2015/C 245/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Joachim Pöpperl
Konvenuta: Land Nordrhein-Westfalen
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema persuna impjegata bħala uffiċjal fi Stat Membru titlef id-drittijiet tagħha għall-pensjoni tal-irtirar (pensjonijiet tal-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-uffiċjali) li jirriżultaw minn impjieg bħala uffiċjal għaliex, sabiex tibda impjieg fi Stat Membru ieħor, din il-persuna ġiet irrilaxxata mis-servizz pubbliku fuq talba tagħha, meta fl-istess waqt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi li din il-persuna hija assigurata b’mod retroattiv fl-iskema statutorja ta’ pensonijiet abbażi tas-salarju gross irċevut bħala uffiċjal, għalkemm id-drittijiet għall-pensjoni li jirriżultaw huma inqas mid-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar mitlufa?
2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv għall-uffiċjali kollha jew għal x’uħud minnhom, l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali oħra, l-awtorità tal-ħatra preċedenti tal-uffiċjal inkwistjoni għandha tħallas lill-imsemmi uffiċjal l-ammont tal-pensjoni tal-irtirar abbażi tal-perijodu ta’ servizz li jagħti dritt għall-pensjoni fil-pożizzjoni preċedenti tas-servizz pubbliku, imnaqqas bl-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni li jirriżultaw mill-assigurazzjoni retroattiva, jew tikkumpensah finanzjarjament b’xi mod ieħor għat-telf tal-pensjoni tal-irtirar, għalkemm taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali jistgħu jingħataw biss il-benefiċċji tal-uffiċjali previsti minn din il-leġiżlazzjoni?
Full & Egal Universal Law Academy