13.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 228/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ April 2015 – Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico (IRCCS) – Fondazione Santa Lucia vs Cassa conguaglio per il settore elettrico et
(Kawża C-189/15)
(2015/C 228/06)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico (IRCCS) – Fondazione Santa Lucia
Konvenuti: Cassa conguaglio per il settore elettrico, Ministero dello Sviluppo economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Autorità per l’energia elettrica e il gas
Domandi preliminari
1)
Jekk effettivament taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/96/KE (1) leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali) li – minn naħa waħda – tagħti definizzjoni ta’ “negozju [b’użu] konċentrat fl-enerġija” kompatibbli ma’ dik ta’ din id-direttiva u li – min-naħa l-oħra – tirriżerva għal dawn it-tipi ta’ impriżi inċentivi f’termini ta’ ħlasijiet biex ikopru l-ispejjeż ġenerali tas-sistema elettrika (u mhux inċentivi marbuta mat-tassazzjoni tal-prodotti ta’ enerġija u tal-elettriku bħala tali)?
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv:
2)
Jekk id-dritt Komunitarju u, b’mod partikolari, l-Artikoli 11 u 17 tad-Direttiva 2003/96/KE jipprekludux sistema legiżlattiva u amministrattiva (bħal dik fis-seħħ fid-dritt Taljan u deskritta fl-ambitu ta’ dan id-digriet) li – minn naħa waħda – tagħżel l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ għajnuniet fuq il-konsum ta’ prodotti ta’ enerġija (elettriku) minn impriżi “[b’użu] konċentrat fl-enerġija” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 17 u – min-naħa l-oħra – tillimita l-possibbiltà li jsir użu [minn] tali sussidji favur biss dawk l-impriżi “b’użu konċentrat ta’ enerġija” li joperaw fis-settur tal-manifattura, billi tiġi eskluża fir-rigward tal-impriżi li joperaw f’diversi setturi produttivi?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġijia u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).
Full & Egal Universal Law Academy