27.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 245/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Torino (l-Italja) fit-28 ta’ April 2015 – Véronique Baudinet et vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino
(Kawża C-194/15)
(2015/C 245/07)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Provinciale di Torino
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Véronique Baudinet, Adrien Boyer, Pauline Boyer, Edouard Boyer
Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino
Domandi preliminari
L-Artikoli 63 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha, meta resident ta’ dan l-Istat, li jkun azzjonist ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, jirċievi dividendi ntaxxati fiż-żewġ Stati, ma tiġix evitata t-taxxa doppja permezz tal-għoti, fl-Istat ta’ residenza, ta’ kreditu ta’ taxxa għall-inqas ekwivalenti għall-ammont ta’ taxxa mħallsa fl-Istat li fih għandha s-sede l-kumpannija li tiddistribwixxi d-dividendi?
Full & Egal Universal Law Academy